Moira Delia bħal dejjem tagħmel minn kollox biex tkun minn ta’ quddiem u tgħin u ssalva l-ħajjiet tal-annimali. Wara li kienet qed tagħmel dan ftit ilu, ma tantx kellha esperjenza pjaċevoli!
“Ma kelli l-ebda idea li kien hemm warden stand by li fil-pront tani ċitazzjoni waqt li kont viċin infittex taħt il-karozza biex nara qattus li ma kienx jiflaħ u mweġġa'” Moira irrabjat għal dan għax min taha ċ-ċitwazzjoni seta’ kien viċin biżżejjed biex jikkomunika magħha u jgħidilha jekk kien hemm xi problema.
“Stajt tgħini u tgħin lill-povru qattus! Daqshekk bla qalb u bla raġuni? Narak it-tribunal”. Fil-waqt li Moira għandha rispett u stima kbira lejn dawn il-ħaddiema li tant iżommu ordni f’pajjiżna għall-ġid tagħna, din l-azzjoni rrabjatha immens.