Is-servizz tal-fast ferry bejn il-Belt Valletta u Għawdex kellu ftit inqas minn 250,000 passiġġier fl-ewwel erba’ xhur operazzjoni. Dan urietu biċ-ċar statistika maħruġa llum u rrappurtata fuq is-sit Times of Malta.
Is-servizz, li beda fl-1 ta’ Ġunju u li qed jitmexxa minn żewġ operaturi privati, irreġistra 245,958 vjaġġ tal-passiġġieri bejn dak ix-xahar li beda u l-aħħar ta’ Settembru, f’Awwissu bl-ogħla ammont, skont is-sit Times of Malta.
Mill-1.6 miljun vjaġġ tal-passiġġieri bejn Malta u Għawdex fil-perjodu ta’ Lulju, Settembru, ftit iktar minn 200,000 saru bil-fast ferry. Il-Gozo Channel irreġistrat żidiet fin-numru ta’ vjaġġi bil-vapur meta mqabbla mas-sajf tal-2020. Irreġistraw żieda ta’ 3 fil-mija fuq il-fast ferry, 5.7 fil-mija fil-vvetturi fuq il-vapur u 9.7 fil-mija passiġġieri fuq il-vapur. Awissu kien l-iktar xahar bieżel, l-istatistika turi skont Times of Malta.