“Ninsabu Xxukkjati Bil-Mewt Tal-Għażiż Ħabib U Kollega Tagħna, Alfred Aquilina” – Calypso Radio 101.8

Il-paġna ta’ Calypso Radio 101.8 b’niket qamset mas-segwaċi tagħha l-aħbar tat-telfa ta’ Alfred Aquillina.

Kitbu, “Ninsabu xxukkjati bil-mewt tal-għażiż ħabib u kollega tagħna, Alfred Aquilina. Alla sejjaħlu lura d-dar wisq kmieni. Permezz ta’ din il-kitba, nixtiequ niċċelebraw il-ħajja ta’ Alfred u l-ferħ kbir li ġab lil tant, kemm bħala preżentatur tar-radju mill-ewwel ġurnata ta’ Calypso Radio 23 sena ilu, u anke bħala DJ ta’ talent kbir li dawwal diversi postijiet bil-passjoni tiegħu lejn il-mużika.”



Żiedu jgħidu li l-qalb tajba tiegħu, u d-daħka u l-ispirtu tiegħu, mhu se jinsewhom qatt. Il-memorja tiegħu se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem u żgur li qatt mhu se jinsewh.



Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier.



Ritratti:

Facebook / Calypso Radio 101.8

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI