Persuna minn kull tmienja li tieħu l-Coronavirus qed ikollhom l-ewwel problemi ta’ mard marbut mal-psikjatriija jew in-newroloġika fi żmien sitt xhur, skont l-aħħar riċerka li ħarġet.
L-ammont ta’ evidenza emerġenti jisħaq fuq l-effett tal-virus fuq is-saħħa mentali u disturbi tal-moħħ li f’dan l-istadju ma jistax jiġi injorat. L-analiżi li għad trid tiġi riveduta, sabet ukoll li dawk iċ-ċifri telgħu għal wieħed minn kull tlieta meta ġew inklużi pazjenti bi storja preċedenti ta’ mard psikjatriku jew newroloġiku.

Wieħed minn kull disa’ pazjenti ġie instab ukoll li kelllu problemi bħal depressjoni jew puplesija minkejja li ma marx l-isptar meta kien pożittiv għall-Covid-19. Dan hu punt sorprendenti, qal l-awtur ewlieni, Dr Max Taquet mid-dipartiment tal-psikjatrija fl-Università ta’ Oxford.
Ir-riċerkaturi użaw rekords elettroniċi tas-saħħa biex jevalwaw madwar 236,000 pazjent fl-isptar u anke dawk li ma kinux rikoverati fl-isptar, li kienu kkonfermati li kellhom il-Covid-19 u baqgħu ħajjin wara l-virus. Dawn huma qabbluhom ma’ grupp li kellu l-influwenza, uinfezzjonijiet respiratorji bejn l-20 ta’ Jannar u 13 ta’ Diċembru 2020.

L-analiżi, li kienet tirrappreżenta fatturi ta’ riskju magħrufa bħal età, sess, razza, kundizzjonijiet fiżiċi u mentali sottostanti u l-qagħda soċjoekonomika, sabet li l-inċidenza ta’ kundizzjonijiet newroloġiċi jew psikjatriċi wara l-Covid-19, fi żmien sitt xhur kienet ta’ 33.6%.
Tajjeb li dejjem infakkru li dawk li qed jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jagħmlu kuntatt fuq 1770 u jsibu l-għajnuna meħtieġa permezz tar-Richmond Foundation.