Studju riċenti qed iqajjem diskussjoni interessanti dwar drawwa komuni ħafna fost in-nisa, l-ippakkjar żejjed. Skont ir-riċerkaturi, ħafna nisa jispiċċaw jimlew il-bagalja b’ħwejjeġ u oġġetti ferm aktar milli fil-fatt jużaw waqt il-vaganza, ħafna drabi b’mentalità ta’ “għal li jista’ jkun”.
L-istudju jindika li l-ippakkjar żejjed mhux neċessarjament marbut man-nuqqas ta’ dixxiplina, iżda mal-preparazzjoni għal kull xenarju possibbli, minn tibdil fit-temp, għal avvenimenti mhux ippjanati, sa bidliet fl-burdata. Dan iwassal biex jinġabru żewġ outfits għall-istess ġurnata, żraben żejda, u ħwejjeġ li qatt ma joħorġu mill-bagalja.
Interessanti wkoll li ħafna minn dawk intervistati ammettew li, ladarba jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, jispiċċaw iduru fuq l-istess ftit outfits favoriti, filwaqt li l-bqija jibqgħu mitwija u mhux użati sal-vjaġġ lura.
Ir-riċerkaturi jgħidu li din id-drawwa tista’ tkun riflessjoni ta’ pressjoni soċjali, speċjalment fl-era tal-midja soċjali, fejn il-vaganzi ħafna drabi jiġu dokumentati b’ritratti differenti kuljum. Madankollu, dan mhux dejjem jirrifletti r-realtà ta’ dak li fil-fatt jintlibes.
Allura, meta tkun qed tippakkja għall-vaganza li jmiss, forsi ta’ min tistaqsi lilek innifsek: kemm-il tibdila verament tilbes fuq btala? U kemm minnhom qed iġġorr miegħek “għal li jista’ jkun” biss?