Bi kburija, il-paġna tal-Faceboook tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun - A.D. 1989, kitbet messaġġ ta’ tifħir lejn Suor Melissa D’Amico hekk kif għamlet il-Professjoni Perpetwa ta’ Soru tal-Karità.
“Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun tifraħ lil Suor Melissa D’Amico, Ħamruniża minn fostna, li nhar it-8 ta' Settembru għamlet il-Professjoni Perpetwa ta' Soru tal-Karità (Sisters of Charity Malta) f'quddiesa presjeduta mill-E.T. Arċisqof ta' Malta fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Gejtanu,” huma kitbu.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil Suor D’Amico!
Facebook / Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun – A.D. 1989