Illum huwa għeluq snin Daniel Chircop. Hu twieled fil-11 ta’ Settembru tal-1983 u b’hekk illum hu għalaq 43 sena. Hu ħa l-okkażjoni li jikteb messaġġ fuq Facebook.
“U f’ħakka t’għajn għaddiet sena oħra… 43!” hu kiteb. “Nirringrazzja lil Alla li għadni hawn, ingawdi lin-nies li jsebbħuli ħajti — il-kollegi, il-ħbieb, in-nies li jsegwuna u li ta’ kuljum jimmotivawna biex nibqgħu noħolqu u nimxu ’l quddiem… iżda fuq kollox, il-familja tiegħi.”
“Grazzi lil kull min ħaseb fija, lil kull min bagħatli messaġġ, ċempilli jew awgurali. Kultant ma nirrealizzawx kemm kelma żgħira jew ġest sempliċi jistgħu jagħtuna enerġija biex nibqgħu għaddejjin. Inħobbkom u napprezzakom aktar milli nista’ nesprimi bil-kliem. U fuq kollox… grazzi, Mulej, ta’ kollox. 43… u nibqgħu għaddejjin!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu f’għeluq sninu!
Facebook / Daniel Chircop