“Ta’ Sentejn Kellha Tiġġieled Il-Kanċer… Illum Tinsab Mimlija Saħħa U Taspira Li Ssir Tabiba Bħal Dr Calvagna” – Puttinu Cares

Meta kellha biss sentejn skopriet li kellha kanċer fil-kilwa u minħabba f’hekk kellha tqatta parti minn tfulitha tiġġieled b’kuraġġ ta’ sur din il-marda serja. Minbarra li kellha tagħmel il-kimoterapija b’mod regolari, eventwalment kellha wkoll tagħmel operazzjoni.

Illum Nicole hija tifla ta’ 14-il sena mimlija saħħa hekk kif mhux biss tinsab f’qagħda ta’ saħħa ħafna aħjar iżda hija wkoll mimlija ħolm u ambizzjonijiet, fost oħrajn sabiex timxi fuq il-passi tal-mibki Dr Victor Calvagna u ssir tabiba.

L-għaqda filantropika Puttinu Cares qasmet l-istorja ta’ Nicole dalgħodu fuq il-midja soċjali fejn ħabbru li hi se tkun fost dawk li se jkunu qed iwieġbu t-telefon fil-maratona ġbir ta’ fondi li se jkunu qed iniedu proprju fil-Ġimgħa l-Kbira, fit-3 t’April.







Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI