Tagħlaq Sninha L-Preżentatriċi Melanie Kelly – Fosthom Tippreżenta Kellymni – Il-Podcast Ta’ Gwida

Melanie Kelly

Melanie Kelly, il-preżentatriċi lokali u preżentatriċi tal-podcast popolari Kellymni - il-Podcast ta' Gwida qed tiċċelebra għeluq sninha llum.

Lil Melanie nafuha f'diversi programmi teleżivi popolari matul is-snin fosthom ID, Perfect Match, u FIT AM. Sentejn ilu hi preżentat anke l-festival Malta Junior Eurovision Song Contest 2024.

Dal-aħħar rajnieha tippreżenta POV – programm ta’ diskussjoni u intervisti li jindirizza temi soċjali, relazzjonijiet, saħħa mentali u stejjer umani.

Fejn jidħlu stejjer umani, Melanie ltaqgħet ma' diversi mistednin waqt l-intervisti ta' Kellymni, fejn f'kull waħda jirnexxielha tħoss u tifhem l-emozzjonijiet li jiġu trasmessi.

Awguri mill-qalb Melanie!

Ritratti:

Facebook/ Melanie Kelly

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI