“Minn Tifel Niġri Warajk, Għajb Għal Din Is-Sena Li Tlift Kull Funzjoni Fiżikament Għax Segwejt Kollox Mill-Midja Socjali” – Natius Farrugia

Natius Farrugia

Ġewwa ż-Żurrieq għadha kemm saret il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, li ġiet fi tmiemha propju nhar il-Ħadd li għadda. Dalgħodu ż-Żrieraq attendew bi ħġarhom għad-dħul tal-istatwa.

Natius Farrugia kiteb kelmtejn għall-okkażjoni fejn fost l-oħrajn jesprimi gratitudni lejn dawk kollha li b'dedikazzjoni u passjoni jagħtu sehemhom f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-festa.

"Minn tifel niġri warajk, għajb għal din is-sena li tlift kull funzjoni fiżikament għax segwejt kollox mill-midja soċjali. Grazzi lil dawk il-voluntira kollha li dan kien jippermetti. Festa oħra ta' suċċess."

Qasam ritratti meħudin dalgħodu ġewwa ż-Żurrieq. Għal sena oħra kienet għodwa emozzjonali għal kull devot tal-Madonna tal-Karmnu, hekk kif jagħlqu festa oħra, u jistennew b'ħerqa tas-sena d-dieħla.

Ritratti:

Facebook/ Natius Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI