Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People ippubblikaw ritratt li juri palma li waqgħet kawża tal-qawwa tar-riħ.
Din l-informazzjoni ħarġet minn kumment li jgħid, “Ir-riħ iwaqqa’ palma… kellha aktar minn 50 sena… x’ħasra… f’Raħal Ġdid. X’ħasra Strada Palma, fejn il-Palma ikonika llum ċediet kontra l-forzi tar-riħ. Għall-grazzja t’Alla ħadd ma jidher li weġġa’.”
Hi ħasra tassew, iżda l-importanti li ma jweġġa’ ħadd f’każijiet bħal dawn.