Diversi pajjiżi madwar id-dinja, iddeċidew li jieħdu miżuri addizzjonali kif raw żieda tal-Covid-19 f’pajjiżhom. Ovvjament, kull pajjiż liberu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu iżda ż-żieda tal-każijiet f’pajjiżna waslet biex numru ta’ nies lokali jitolbu li jsir xi forma ta’ lockdown sabiex naraw in-numri jonqsu mill-ġdid.
Fuq il-paġna tiegħu, Gerald Fenech għamel poll sabiex in-nies jivvutaw u jesprimu l-opinjoni tagħhom. S’issa aktar minn 2,000 persuna ħalliet ir-reazzjoni tagħha fuq din il-post; reazzjoni li biha turi x’inhi l-opinjoni tagħhom dwar il-lockdown. Ir-riżultat, wieħed jista’ jgħid li ma tantx hu wieħed sorprendenti.
Il-maġġoranza assoluta ta’ dawk li vvutaw qed juru x-xewqa li jkun hawn forma ta’ lockdown. Aktar minn 1,600 qed juru din ix-xewqa filwaqt li dawk li huma kompletament kontra huma f’minoranza assoluta, b’274. Id-diskussjoni fuq l-istess post hija waħda taħraq.
Int x’taħseb? Għidilna l-opinjoni tiegħek fuq il-midja soċjali.