Ix-xeni li qed naraw mil-Libja huma tassew xeni xokkanti! Meta wieħed jaħseb li l-maltemp kien previst li jmiss lil Malta, iżda b’xorti tajba ma għaddiex minn fuqna tirrealizza kemm konna fortunati li evitajna dan kollu.
Il-ġurnalista u artist Maria La Barokka Muscat tikkummenta proprju dwar dan fejn tgħid, “Tara x-xeni devastanti fil-Libja, u meta tirrealizza li Malta u Għawdex ħelsuha…tirringrazzja lill-Alla. Immaġina nqumu u mmutu mgħarrqa fl-ilma. Din mhix l-ewwel darba li ġejna skansati minn diżastru naturali. Il-Mulej iħares lil dawk milquta mhux fil-Libja biss, imma f’tant pajjiżi oħra bħal Marokk u tant pajjiżi oħra.”
Intant Malta bagħtet l-għajnuna lejn il-Libja, hekk kif 73 uffiċjal erħewlha lejn dan il-pajjiż. S’issa hemm aktar minn 2,000 persuna meqjusa mejta filwaqt li 10,000 oħra jinsabu mitlufa.
Facebook / Maria La Barokka Muscat