Tarbija Ta’ 11-Il Xahar U Kelb Tal-Familja Jmutu Wara Li Mara Ħalliethom Maqfulin Fil-Karozza Għall-Ħin Twil

Mara ta’ 40 sena li kienet qed tieħu ħsieb tarbija ta’ 11-il xahar bħalissa tinsab arrestata wara li ħalliet lill-istess tarbija maqfula għall-ħin twil ġewwa karozza. Flimkien mat-tarbija kien l-kelb ta’ din il-mara li sfortunatament miet ukoll. Kristen Danielle Graham kienet mitluba tieħu ħsieb lil din it-tarbija minn omm it-tarbija stess li hija tfajla ta’ 17-il sena.

Qed jingħad li Graham marret tixtri s-sigaretti fejn magħha kien hemm din it-tarbija u minn hemm saqet bil-karozza tagħha lejn darha, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija. Hawn hi għalqet it-twieqi tal-karozza fejn qaflet lit-tarbija flimkien mal-kelb. Għas-satgħejn u nofs ta’ filgħodu, Graham irċeviet telefonata u wara marret ħdejn il-karozza fejn sabet lit-tarbija kif ukoll lill-kelb mejtin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI