Illum jum speċjali għali Clive, attur lokali u wieħed mill-membri tal-boyband lokali Avenue Sky. Clive qed jiċċelebra sena mat-tfajla tiegħu Stephanie. F’dan il-jum speċjali hu kitbilha messaġġ ta’ mħabba mill-aqwa.
Hu jikteb, “Fl-1 ta’ Frar 2020 tfajla sabiħa akkumpanjatni għal tieġ u serqitli qalbi u saret il-Prinċipessa tiegħi. Illum niċċelebraw sena. Ma nafx kif sibt daqshekk xortija li jkolli tfajla bħalek, imma grat kuljum. Jien grat ħafna lejn Alla talli tani l-aqwa tfajla tad-dinja li l-imħabba tagħha ma tista’ tiġi sostitwita minn ħadd. Grazzi talli urini kemm tista’ tkun imħabba kbira. Il-kliem ma jistax jesprimi kemm ninsab grat li jkolli lilek f’ħajti!”
Hu jkompli jgħid, “Għalkemm l-istorja ta’ mħabba tagħna bdiet waqt pandemija dinjija, xorta rnexxielna noħolqu 365 jum ta’ memorji tal-għaġeb. Jekk din is-sena hija biss kampjun ta’ kemm se tkun ħajja tiegħi tal-għaġeb miegħek, allura jien żgur l-iktar raġel fortunat fid-dinja!”
Clive jesprimi ringrazzjament tiegħu, “Grazzi talli mhux biss kont sabiħa u sabiħa imma l-aktar grazzi talli kont inti! Int l-akbar tbissima tiegħi, l-aqwa ġurnata tiegħi, taqbel perfettament miegħi, u l-imħabba ta’ ħajti. Awguri għal ħafna aktar snin ta’ memorji mill-isbaħ flimkien, Prinċipessa.”
Aħna f’isem Gwida.mt nawgurawlhom aktar u aktar snin ta’ mħabba.
Facebook / Clive Muscat