Tħalli Din Id-Dinja Josette Camilleri

Permezz ta’kitba fuq il-paġna tagħhom, Il-Ħaġar – Heart Of Gozo Museum, sellmu l-memorja ta’ Josette Camilleri li ħalliet din id-dinja illum.

Bdew billi qalu, “Ħaġar Museum jinsab imnikket wara l-aħbar tal-mewt, illum waranofsinhar, ta’ Josette Camilleri, mart il-membru tal-Kunsill Amministrattiv Carmel Camilleri. Josette kienet preżenza regolari u familjari fil-Ħaġar Museum u kienet dejjem ta’ sostenn għal żewġha fil-ħidma volontarja tiegħu fil-mużew.”

Żiedu, “Aħna lkoll nesprimu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil Carmel, lil binthom Abigail, u lill-familja kollha. Jalla tistrieħ fis-sliem. Bħala sinjal ta’ luttu u rispett, it-taħdita pubblika tal-lejla, Like Mother, Like Son: JRR Tolkien’s ‘Conversion’ to Catholicism, ġiet posposta għal nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu fis-19:30.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI