Eileen Montesin, ittella’ dan il-filmat fejn tgħid,
“Mela dalgħodu ktibtilkom li minkejja l-uġigħ ta’ ras the show must go on u filfatt għamilna dak li kien ippjanat marbut mal-Mother’s Day. Rasi tuġgħani kienet filgħodu u rashi tuġgħani għadha anka filgħaxija. Sadanittant jiena sibt ħin u mort għand it-tabib u qalli li dak kollu li qed inbati huwa tort tas-sinuses. Naturalment nafu x’arja għandna, nafu kemm nibilgħu dħaħen, ovvjament issa ġej ukoll l-istaġun tar-rebbiegħa allura kollox ma’ kollox, fejn tmur f’xi postijiet xi naqra trabijiet ma jonqosux, qed ngħidilkom iċ-ċirasa fuq il-kejk.
Tkompli, “għandi hawn ma nifilħux” filwaqt li tipponta lejn wiċċha. “Ilbieraħ kont agħar, iniżżel rasi u ngħolliha le. Illum ftit aħjar, illum kampajt, biex ix-xogħol li kelli pjanat għamiltu. Nisperaw li għada nkun aħjar. Grazzi lil kull min ħa interess u staqsieni.”
Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Eileen Montesin u nittamaw teħles mill-uġigħ kemm jista’ jkun malajr.