Speed camera ġdida sabet postha fis-Central Link ta' Ħ'Attard wara appelli minn diversi entitajiet għal infurzar aħjar tal-liġijiet tat-toroq wara l-mewta traġika ta' Kacey Sciberras, ta' 17-il sena.
Din it-triq arterjali li tgħaqqad lill-Imrieħel ma' Ta' Qali issa tinkludi din il-kamera, li l-limitu għaliha huwa ta' 60 kilometru fis-siegħa.
Qabel dan l-inċident, il-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard kien ġa ilu jappella biex tiġi installata kamera f'din it-triq minħabba l-ħafna inċidenti li kienu jsiru fiha, iżda l-azzjoni damet biex ittieħdet.