Meta kellha biss 3 snin, iċ-ċkejkna Sara Cantagalli ngħatat l-aħbar li għandha kanċer terminali.
Illum il-ġurnata għandha 5 snin, u minkejja gwerra sħiħa mal-kanċer fejn anke ngħatat il-kimoterapija, madankollu ċ-ċkejkna Sara m’għandha l-ebda tama ta’ fejqan.
Intant, Sara ma tħallix din il-verità xxekkilha milli tissokta tgħix ħajjitha, hekk kif tinsab determinata li tgawdi sal-aħħar.
Fil-fatt, hija anke għamlet lista ta’ xewqat li tixtieq tissodisfa qabel ma l-kanċer itemmilha ħajjitha.
Ġie anke mniedi proċess ta’ ġbir ta’ fondi sabiex jiġi żgurat li dawn ix-xewqat li għandha ċ-ċkejkna Sara jiġu mwettqa. Dawn huma wħud minnhom:
- Tgħix bħal prinċipessa f’kastell.
- Tmur tiskijja.
- Tmur Disneyland.
- Tagħmel festin ma’ bosta tfal oħrajn.
- Tmur btala l-baħar.
- Tmur Gardaland.
- Taġixxi bħal mudella għal ġurnata u tilbes fost l-isbaħ ilbies.
Jaħasra!