Tifla Ta’ Seba’ Snin Tintlaqat F’Wiċċha Waqt Sparatura Fi Skola Fl-Istati Uniti –  Kienet Qed Tissielet Għal-Ħajjitha

Riċentament seħħet sparatura fi skola f’Oregon ġewwa l-Istati Uniti. It-traġedja seħħet fl-iskola Silver Rail Elementary, fejn ġuvni ta’ 16-il sena spara u qatel erba’ persuni, fosthom tliet itfal u għalliema. Saylor Graham li għandha 4 snin kienet fost dawk li ndarbu u bħalissa tinsab l-isptar f’kundizzjoni serja iżda stabbli.

Skont statistika miġbura minn Education Week, matul l-2026 ġew irreġistrati 26 sparatura fi skejjel li ħallew persuni mejta jew midruba fl-Istati Uniti. Dawn l-inċidenti qed ikomplu jqajmu dubji kbar dwar is-sigurtà tat-tfal fl-iskejjel, kif ukoll dwar l-aċċess għall-armi tan-nar fl-Istati Uniti.

F’dan il-każ l-aggressur ġie identifikat bħala Griffin J. John II, ġuvni ta’ 16-il sena li fil-passat kien jattendi l-istess skola. Missier ta’ żewġt ibniet li jattendu l-istess skola daħal armat fil-binja u spara fuq l-aggressur, li miet fuq il-post.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI