Vibe Fm jiżvelaw l-identità ta’ min vera min kien wara l- karattru ta’ Xummiemu u ma huwa ħadd iktar għajr Frank Zammit, wieħed mill-preżentaturi ta’ Vibe Fm fuq ir-radju, li jagħmel parti mit-trio ħelu flimkien ma’ Nate u Rossi.
Xummiemu huwa karattru fittizju li kien ferm popolari bejn is-snin 80 u 90. Dan il-qanfud kien inkarigat biex iħeġġeġ lit-tfal sabiex isalvaw l-ambjent u jżommuh nadif. Kien idur bosta skejjel sabiex jeduka lit-tfal dwar l-importanza li wieħed jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru. Dan kellu wkoll klabb magħruf bħala Klabb Xummiemu li kien jirrilaxxa magazin kull xahar kif ukoll jibgħatlek kartolina fil-ġurnata ta’ għeluq sninek iffirmata minn għandu personali.
Prosit Frank! Kien karattru tassew ħelu li żgur għamel ħafna ġid u ġab tbissima fuq bosta wċuh!
Facebook / Vibe Fm