Timmaġina Jgħaddi Għalik David Beckham Biex Tmur BBQ Miegħu?

Il-kantanta lokali u għalliema tal-vuċi Claire McCartin qasmet ritratt fuq il-profil tagħha bi storja kemxejn interessanti. Ir-ritratt imur lura numru ta’ snin u hi sabitu waqt li kienet qed tqalleb kif sabet ruħha d-dar minħabba l-Covid-19.





Hi taqsam il-memorja ta’ lejla partikolari li għadda għaliha l-plejer futbol popolari David Beckham u marru bbq flimkien. Fil-kummenti, Claire tikkumenta li l-mara tiegħu kienet tinsab f’pajjiżna wkoll iżda ma kinitx ħarġet mill-lukanada.

Huwa fatt magħruf li l-plejer ġie pajjiżna kemm-il darba u kien jagħmel mezz sabiex jiltaqa’ mas-segwaċi tiegħu f’attivitajiet varji. Naħseb kien hawn ħafna tfajliet li xtaqu li sabu lil David Beckham wara l-bieb tad-dar tagħhom jistenniehom sabiex imorru bbq flimkien.

Tajjeb nagħmluha ċara li din kienet attività organizzata mill-Futbol Klabb tal-Manchester United f’Malta u f’dik il-lejla numru ta’ Maltin kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-plejer ta’ fama mondjali! 

Facebook / Claire McCartin



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI