“Timmy Nstab F’Żona Ta’ Parkeġġ, Mitluf U Mħawwad” – Animal Welfare Għawdex

Animal Welfare ta’ Għawdex appellaw fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook biex tinstab dar għal kelb ferrieħi u mans li nstab mitluf f’żona ta’ parkeġġ.

Huma spjegaw, “Iltaqgħu ma’ Timmy, fox terrier gustuż ta’ tliet snin. Timmy nstab f’żona ta’ parkeġġ, mitluf u mħawwad. Hu tassew kelb ħelu, dejjem ferħan madwar in-nies – mans ma’ kulħadd. Hu b’saħħtu, imsewwi, u ċċippjat, u issa qed jistenna biex isib familja li se tħobbu għal dejjem. Hu mimli ħajja, iħobb ħafna jmur jimxi mixjiet twal u jkun tajjeb għal ma’ persuna avventuruża.”

Żiedu jgħidu, “Jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ privat jekk int interessat f’Timmy.”





Intom tistgħu tiftħu qalbkom għal Timmy?

Facebook / Animal Welfare Gozo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI