“Tingiża Zgħira Ma Hemmx Bżonn Paniku… Tista’ Tagħmel Ftit Ħal…” – Alan Deidun

Alan Deidun, itella’ mill-paġna soċjali tiegħu informazzjoni dwar brama magħrufa bħala cigar jellyfish (Olindias phosphorica).

Din l-ispeċi tidher l-aktar f’Lulju, f’bajjiet bir-ramel u biċċiet ta’ alka, b’mod partikolari f’Għadira (Mellieħa) u St Thomas Bay. Tista’ tingħaraf faċilment għat-tikketta tagħha b’forma ta’ salib aħmar, li tfakkar fil-flokk tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra – minkejja li l-ġisem tagħha huwa kważi kollu trasparenti fl-ilma.

Din il-brama tikkawża tingiża ħafifa biss, għalhekk m’hemmx għalfejn taqbad il-paniku! L-aħjar mod kif tiġi ttrattata hu bl-użu tal-ħal u pakketti kesħin – qatt tużaw ilma friska, għax jista’ jaggrava r-reazzjoni.

Dan ir-ritratt sabiħ ta’ din l-ispeċi ġie ipprovdut miċ-ċittadin xjentist. Prof. Mark Anthony Falzon, li nirringrazzjawh minn qalbna.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI