Tinġibed L-Attenzjoni  Lejn Sensiela Ta’ Avvenimenti Naturali F’Diversi Pajjiżi

Il-paġna It-Temp Madwarna ġibdet l-attenzjoni lejn sensiela ta’ avvenimenti naturali li seħħew f’partijiet differenti tad-dinja fl-aħħar jiem, fosthom żbroffi vulkaniċi u terremoti.

Skont il-paġna, bejn it-3 u l-4 ta’ Awwissu seħħ żbroff maġġuri mill-vulkan Fuego fil-Gwatemala, fl-Amerka Ċentrali. Dan huwa vulkan magħruf għall-attività frekwenti tiegħu.Ftit jiem wara, kien hemm attività wkoll mill-Etna fi Sqallija, wieħed mill-aktar vulkani attivi fl-Ewropa.

Il-paġna rreferiet ukoll għal terremot fil-Kolombja, li skontha kejjel 7.4 fuq l-Iskala Richter. Dan seħħ ftit ġimgħat wara terremot qawwi ieħor li kien irrappurtat fil-Venezwela. Mal-istess messaġġ ittellgħu wkoll ritratti tal-vulkan Fuego fil-Gwatemala u ta’ katidral fil-Kolombja wara t-terremot.

“Nitolbu għalihom!” temmet tgħid il-paġna fil-messaġġ tagħha, b’ħsieb lejn dawk kollha milquta minn dawn l-avvenimenti.

Ritratti:

Fb/ It-temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI