Bħalissa qed tinħareġ twissija għal dawk li fil-jiem li ġejjin se jmorru btala fix-Xlokk tal-Polonja. Huma qed jiġi mitluba sabiex iżommu għajnejhom miftuħa ħalli jkunu żguri li t-titjira tagħhom ma ġietx ikkanċellata.
Dan hekk kif matul dawn l-aħħar jumejn, żewġ ajruporti - Rzeszow u Lublin - ġew magħluqa għal xi ħin f'żewġ istanzi differenti, b'konsegwenza li numru ta' titjiriet ġew ikkanċellati jew kellhom jittardjaw.
Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet Pollakki spjegaw li l-ajruporti kellhom jingħalqu minħabba "operazzjonijiet tal-avjazzjoni militari" li jidher li seħħew bħala prekawzjoni minħabba xi attakki li kienu qed iseħħu fl-Ukrajna, qrib il-fruntieri tal-Polonja.
Minn pajjiżna b'mod regolari jitilqu titjiriet diretti għall-ajruport li jinsab fil-belt ta' Rzeszow; wieħed miż-żewġ ajruporti li f'dawn l-aħħar sigħat ġie affetwat b'dawn il-każi.
Sors: Euro Weekly News
Pexels u ChatGPT