Tista’ Tidħol Biċ-Ċans Li Terbaħ Flokk Ta’ Haley Bugeja Ffirmat Waqt Li Tgħin Lil Dar Bjorn

Bħalissa qed isir irkant fuq flokk oriġinali u ffirmat tal-plejer Maltija li tilgħab mas-Sassuolo fis-Serie A tan-nisa, Haley Bugeja.

Din l-inizzjattiva hija meħuda mill-kunsillier tal-Fgura Adrian Tanti, fejn dan irringrazzja kemm lil Haley u kemm lid-diriġenti ta’ Sassuolo tal-koopoerazzjoni tagħhom. Wieħed jista’ jerbaħ dan il-flokk billi jagħmel offerta b’ammont ta’ aktar minn €75 f’dan l-irkant b’risq Dar Bjorn sabiex tinbena d-dar il-ġdida.





Dan il-flokk jista’ jitqies bħala wieħed ta’ preġju, speċjalment għal pajjiżna wara s-suċċess li qed tagħmel Haley barra minn xtutna.

Bjorn, flimkien ma’ Joseph Debono ħeġġew lin-nies sabiex jagħmlu l-offerta tagħhom. Ir-rebbieħ ser ikun qed jitħabbar dalwaqt, nhar l-għaxra ta’ Frar.

Ritratti: Facebook / Haley Bugeja, Dar Bjorn



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI