Titilfux Dan Iċ-Ċans Biex Tiksbu Dan Il-Flokk Iffirmat Mill-Player Amerikan Tal-Milan, Christian Pulisic

flokk tal-futbol

Puttinu Cares qed tagħti opportunità unika lill-partitarji tal-futbol u lil dawk li jixtiequ jagħmlu l-ġid, hekk kif qed ittella’ rkant għal flokk iffirmat mill-istilla Amerikana u player ta’ AC Milan, Christian Pulisic.

Dawk interessati jistgħu jitfgħu l-offerti tagħhom online permezz tal-pjattaforma Benevobid, bil-flus miġbura jmorru biex jgħinu lill-familji u lit-tfal li jkollhom bżonn kura barra minn Malta.

Min jixtieq jipparteċipa jista’ jagħmel il-bids tiegħu minn din il-link. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jagħmel kuntatt dirett ma’ Puttinu Cares.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI