L-aħħar ftit xhur ma kinux faċli għal Joe Julian Farrugia, il-preżentatur ta’ Radju Malta li jżomm kumpanija lis-semmiegħa permezz ta’ Bonġu Kafè. Kif konna ħabbarna fuq is-sit tagħna, Joe Julian tilef lill-għażiża ommu f’Diċembru, u f’dan l-istess xahar spiċċa ċarrat muskolu minn siequ.
Fuq il-midja soċjali, Joe Julian ħabbar li suppost fid-29 ommu se tkun għalqet tliet xhur li ħallietna. “Suppost fid-29… imma Frar ma fihx,” kiteb hu. “Tliet xhur mingħajrek, Ma…wisq!”
Strieħ fis-Sliem Mrs. Farrugia u kuraġġ Joe.