Tnediet Skema Ġdida Għall-Kliniċi Veterinarji F’Malta U Għawdex Biex Joffru Servizz Ta’ Emerġenza

Ilbieraħ, l-attivista Moira Delia ppubblikat filmat fejn spjegat il-bżonn urġenti ta’ sptar għall-annimali għaliex ħafna sidien tal-annimali kien qed ikollhom jistennew sal-għada filgħodu biex jieħdu l-annimali għand il-veterinarju, anke f’każijiet ta’ urġenza.

Illum fuq il-paġna tiegħu, il-ministru għad-drittijiet tal-annimali, Anton Refalo offra tweġiba għal din il-problema billi spjega li wara diskussjonijiet mal-kunsill tal-veterinarji f’Malta, tnediet skema ġdida għall-kliniċi veterinarji biex joffru servizz ta’ emerġenza.

Hu qal, “Smajna l-karba ta’ diversi sidien kif ukoll ta’ dawn kollha li jħobbu l-annimali sabiex noffru servizz ta’ emerġenza kemm f’Malta, u kif ukoll f’Għawdex f’ħinijiet meta dan is-servizz mhuwiex normalment disponibbli. Irrid għalhekk nirringrazzja minn qalbi il-veterinary surgeons council għaliex dawk mall-ewwel għarfu din il-problema u għalhekk flimkien għamilna din l-iskema importanti.”





Facebook / Anton Refalo u Moira Delia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI