Il-paġna uffiċjali ta’ Transport Malta sellmet il-memorja ta’ Mark Ellul, li ħalla din id-dinja biex jiltaqa’ mal-Missier.
Kitbu, “Transport Malta mnikkta bl-aħbar tal-mewt tal-kollega Mark Ellul, uffiċjal ta’ Transport Malta li kien jaqdi dmiru bħala Uffiċjal tal-Infurzar u s-Sigurtà. Se nibqgħu niftakru lil Mark għall-qalb tajba u r-rispett li kien juri ma’ kulħadd, kif ukoll għas-sens qawwi ta’ dmir li dejjem wera fil-qadi ta’ xogħlu.”
Żiedu jgħidu, “Transport Malta twassal il-kondoljanzi sinċiera tagħha lill-familja, lill-qraba u lill-ħbieb tiegħu f’dan il-mument ta’ niket.”
Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkomplu jżomm idejh fuqu. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Transport Malta