Triq f’San Ġiljan ser tkun qed tissemma għall-eks membru parlamentari tal-PN u sindku tal-lokalità, Karl Gouder, li ħalliena sentejn ilu.
Id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern tal-lum, flimkien ma’ erba’ ismijiet oħra ta’ toroq li wkoll se jingħataw isem ġdid.
Parti minn Trejqet il-Bajja, bejn it-telgħa ta’ Birkirkara u Triq Alfred Gauci, se tingħata l-isem ġdid, Triq Karl Gouder.
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.