“Tristian Farrugia Tedesco Qed Jiġi Mfittex B’ordni Tal-Qorti B’rabta Ma’ Każ Pendenti” – The Malta Police Force

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook il-Malta Police Force talbu l-għajnuna tal-pubbliku ġenerali rigward tfittxija ta’ persuna. Huma bdew billi qalu li, “Tristian Farrugia Tedesco qed jiġi mfittex b’ordni tal-Qorti b’rabta ma’ każ pendenti.”

Żiedu jgħidu wkoll li, “kull min għandu kwalunkwè tip ta’ nformazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 22/2023.”

Tajjeb li kull min jista’ jgħin lill-pulizija rigward dan il-każ jagħmel dan minnufih.





Facebook/ The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI