Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-paġna Vibe FM juri grupp ta’ turisti li kienu fuq btala f’pajjiżna jiffilmjaw lilhom infushom isuqu bl-addoċċ u jserpu bejn il-karozzi b’mod perikoluż fit-toroq Maltin.
Il-filmat jidher li ttieħed qrib il-mini ta’ Santa Venera bl-erba’ turisti li kienu riekba fil-karozzi jidhru qed jidħku u jitbissmu hekk kif isuqu b’mod mill-aktar perikoluż.
Instagram / Vibe FM