F’għeluq l-ewwel sena tiegħu minn meta ġie elett bħala l-Mexxej tal-Knisja Kattolika, il-Papa Ljun XIV ġibed l-għajn u qanqal diskussjoni fuq il-midja soċjali hekk kif deher fil-pubbliku liebes l-islippers flimkien mal-ilbies papali tradizzjonali tiegħu.
Għall-bidu, bosta ħasbu li r-ritratt ġie kreat permezz tal-intelliġenza artifiċjali iżda sorsi kkonfermaw li dan ma kienx il-każ.
Intant, din id-dehra mhux ordinarja tal-Mexxej tal-Knisja Kattolika qanqlet għadd ta’ kummenti pożittivi.
Pope Leo XIV wearing Nikes pic.twitter.com/lZZ3GLWE5J
— non aesthetic things (@PicturesFoIder) May 8, 2026
X / @PicturesFoIder