“Twissija ta’ Riħ Qawwi.” – It-Temp Madwarna B’Aġġornament Dwar Għada

Riħ qawwi Malta

Wara ġurnata xemxija u bnazzi llum, jidher fis-sigħat li ġejjin se jkollna xi tip ta’ bidla fit-temp.

Il-paġna L-Aġġornament tat-Temp tikteb li, “Għada jirritornaw ħalbiet ta’ xita kif ukoll riħ qawwi Forza 5 li jitla’ Forza 6, buffuri Forza 7 mill-majjistral.”

L-ogħla temperatura mistennija tilħaq is-16°C mentri l-inqas tkun dik ta’ 12°C. It-temperatura tal-baħar kapaċi tkun 16°C.

Fuq It-Temp Madwarna ħarġet ukoll twissija. “Twissija ta’ Riħ Qawwi. Għada l-Ġimgħa 20/2 waranofsinhar u filgħaxija. Bi ftit xita”

Il-post li tefgħu turi bandiera ħamra li tindika twissija ħamra.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI