Bil-Filmat: “Irġiel Veri Li Jkunu Hemm, Jappoġġjawk, U Jħobbu Lil Uliedek Daqslikieku Tagħhom Għadhom Jeżistu.” – Sarah Bajada B’Apprezzament

Sarah u Alex

Sarah Bajada kitbet post b’apprezzament lejn l-imħabba ta’ ħajjitha, Dr Alex Borg. Alex, li jagħti tant appoġġ lil Sarah u lill-familjari kollha, u jagħmel dan mill-qalb.

“Għalkemm kienet waqfa qasira ħafna minħabba l-iskedi impenjattivi tagħna, xorta kelli ħin biex nirrilassa tassew, għax Alex ħa ħsieb u kien hemm għall-familja kollha. Stajt nitħarreġ, stajt nirrilassa għax għenni nkun ġenitur u qatta’ ħin nilgħab ma’ Sam…”

Sarah tkompli, “Lill-ommijiet single kollha jekk jogħġobkom taqtgħux qalbkom. Irġiel veri li jkunu hemm, jappoġġjawkom, u jħobbu lil uliedkom daqslikieku tagħhom għadhom jeżistu.”

Kemm hu sabiħ tisma’ messaġġ pożittivi bħal dawn.







Ritratti:

Facebook/ Sarah Bajada

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI