“Twissija Ta’ Riħ Qawwi” – It-Temp Madwarna Hekk Kif Ir-Riħ Se Jilħaq Bejn Forza 6 U 7

Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna qed twissi dwar riħ qawwi għal dawn il-jumejn.

“Ir-riġ mill-Punent il-Lbiċ se jsir qawwi ħafna (F6-7) matul il jum t’għada t-Tnejn 2 ta’ Novembru,” huma kitbu. “It-Tlieta 3 ta’ Novembru se jdur mill-Punent Majjistru iżda jibqa’ qawwi (F5-7).”

“Mistennija ukoll xi ħalbiet tax-xita bil-buffuri,” huma komplew jgħidu. “Il-vapur t’Għawdex mistenni jgħaddi minn wara Kemmuna f’xi ħinijiet, filwaqt li xi vjaġġi bil-katamaran jistgħu jittardjaw jew jiġu riskedati.”

Il-paġna avzat biex in-nies jevitaw inħawi kostali fejn jaqbel dan ir-riħ.

Ritratt:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI