“Tingiż Tal-Bram: X’Għandek Tagħmel”– Id-Dipartiment Tal-Informazzjoni

Kif joqrob żmien is-sajf u l-baħar f’Malta, joqrob ukoll żmien il-bram, u għalhekk id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħa din l-opportunita` biex iwissi dwar x’għandna nagħmlu jekk nitniggżu minn brama.

Spjegaw, “Tingiż tal-bram: X’għandek tagħmel (u x’m’għandekx tagħmel). Tingiż tal-bram huwa komuni, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf f’Malta. Ħafna minnhom ikunu ħfief, iżda l-ewwel għajnuna mhux korretta tista’ taggrava s-sitwazzjoni.”

Żiedu jgħidu, “X’għandek tagħmel: Laħlaħ iż-żona affettwata bl-ilma baħar. Applika paste tal-baking soda (ħallat partijiet indaqs mal-ilma baħar), jekk disponibbli. Neħħi bir-reqqa kwalunkwe tentakli viżibbli. Applika s-sħana (l-ilma sħun jista’ jgħin biex inaqqas l-uġigħ).”



Komplew, “X’m’għandekx tagħmel: TUŻAX ilma ħelu – jista’ jaggrava s-sitwazzjoni. TOGĦROKX jew TĦOKKX iż-żona affetwata. TAPPLIKAX alkoħol, ħall (sakemm ma jkunx irrakkomandat), jew awrina. Fittex għajnuna jekk ikun hemm uġigħ qawwi, ħmura li qed tinfirex, jew sintomi allerġiċi. Ċempel 1774 jekk m’intix ċert x’għandek tagħmel.”





Ritratti:

Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI