“Qed Isegwi Mill-Qrib Is-Sitwazzjoni Relatata Mal-Kollass Ta’ Parti Mill-Ħajt Fi Triq Il-Marfa” – Kunsill Lokali Mellieħa

Ftit tas-sigħat ilu, tħabbret l-aħbar li waqgħet parti mill-ħajt fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa. Il-kunsill lokali tal-Mellieħa spjega li qed tittieħed azzjoni immedjata biex jitneħħa l-periklu.

“Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni relatata mal-kollass ta’ parti mill-ħajt fi Triq il-Marfa, viċin Għajn tal-Mellieħa. L-awtoritajiet kompetenti ġew infurmati u bħalissa hemm koordinazzjoni sabiex iż-żona tiġi mneħħija minn kull periklu immedjat u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.”

“Il-Kunsill qed jitlob ukoll li jsir intervent rimedjali fuq il-parti affettwata, kif ukoll spezzjoni tal-bqija tal-ħajt sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm aktar partijiet li jistgħu joħolqu periklu. Il-Kunsill se jibqa’ jsegwi din il-kwistjoni mal-awtoritajiet konċernati u jżomm lill-pubbliku infurmat dwar kull żvilupp.”

Ritratti:

Facebook / Mellieħa Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI