“Waqt Żjara Lbieraħ, Sirt Naf Li Ġużi Li Llum Jagħlaq 89” – L-Eks MEP Josianne Cutajar

L-Eks MEP Josianne Cutajar, waqt li kienet qed tattendi Nativita’ fil-Birgu, iltaqgħet ma’ Ġużi, raġel li għalaq 89 f’jum l-ewwel tas-sena. Permezz ta’ ritratti fuq il-paġna tagħha, hi awguratlu u rringrazzjatu tar-rakkonti interessanti tiegħu.

Hi kitbet, “Waqt żjara lbieraħ, sirt naf li Ġużi li llum jagħlaq 89 – Grazzi tal-ħbiberija, ir-rispett u r-rakkonti tal-passat Ġuż, kompli tbissem u aqsam l-esperjenzi tiegħek.”

Tassew għandna napprezzaw lil dawn il-persuni li jaqsmu magħna stejjer tal-passat, għaliex il-passat jibqa’ ħaj permezz ta’ dawn ir-rakkonti.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat. Nisperaw li kellu ġurnata mill-aqwa f’jum għeluq sninu!





Ritratti:

Facebook / Josianne Cutajar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI