Wara 16-Il Sena, Il-Grupp Oasis Jerġa’ Jingħaqad Għat-Tour Tagħhom

Liam u Noel Gallagher finalment reġgħu ngħaqdu fuq il-palk fl-Istadium Principality ta’ Cardiff hekk kif l-ewwel lejl tat-tour tant mistenni tar-riunjoni ta’ Oasis ħalliet lill-fans bid-dmugħ f’għajnejhom.

Aktar minn 75,000 fan raw l-istorja tinkiteb hekk kif Noel, ta’ 58 sena, u Liam, ta’ 52 sena, dehru għall-ewwel darba fuq il-palk flimkien għal-ewwel darba f’16-il sena ilbieraħ.

L-aħwa Gallagher, li dfil-passat kellhom xi kunflitti, urew li d-differenzi ta’ bejniethom huma kapitlu magħluq hekk kif ħarġu fuq il-palk id f’id biex jibdew l-ispettaklu.

Matul is-sett tagħhom, impressjonaw lill-fans b’lista sħiħa tal-aqwa kanzunetti tagħhom, inklużi Some Might Way, Morning Glory u, naturalment, Wonderwall.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI