“Wara 3 Snin Jiġġieled Il-Kanċer B’Kuraġġ Ta’ Sur, Illum Ħalla Din Id-Dinja” – Mart Matthew Wismayer

Ftit sigħat ilu ħarġet l-aħbar ta’ niket li ħalla din id-dinja Matthew Wismayer li fl-aħħar 3 snin ta’ ħajtu ġġieled b’kuraġġ ta’ sur kontra l-marda tal-kanċer. Matul ħajtu, Matthew serva bħala d-direttur ta’ diversi kumpaniji stabbiliti lokalment.

Ħarġet din l-aħbar ta’ sogħba martu Annabelle li spjegat kif wara snin ta’ reżiljenza, żewġha ħalla din id-dinja mdawwar b’dawk l-iktar għeżież għalih. Saħqet li bil-kliem ma tistax tfisser kemm kien “persuna inkredibbli” żewġha u fakkret fost oħrajn kif dejjem kien lest li jgħin, jifhem u jagħder lil dawk ta’ madwaru.



Sellem il-memorja tiegħu wkoll ibnu Sean fejn stqarr li kieku ma kienx għal missieru, hu żgur li ma kienx ikun ir-raġel li huwa llum. Sostna li l-legat ta’ missieru żgur li se jibqa’ ħaj b’mod partikolari permezz tal-Fondazzjoni Maltija għall-Iskejjel għall-Afrika li missieru kien wieħed mill-imħuh warajha.



Jistrieħ fis-sliem!



Ritratti:

Malta CEOs u Facebook / Sean Wismayer

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI