Il-mara tal-maħbub Enzo Gusman, Carmen xeħtet żvilupp ġdid dwar il-kundizzjoni ta’ żewġha. Ħafna personalitajiet lokali u anke Maltin, spiss isaqsu dwar il-kundizzjoni ta’ Enzo u bosta ferħu ferm xħin semgħu l-vuċi tiegħu fuq ir-radju grazzi għal Tony Micallef fuq Radju Malta.
Carmen qalet, “Wara 7 xhur twal, Enzo llum, fl-aħħar sejjer Lyndhurst Rehab Centre, il-pass li jmiss tiegħu biex ‘il quddiem jiġi d-dar! Il-kuraġġ u l-fidi tiegħu huma inkredibbli! Jekk joġgħbkom żommuh fit-talb tagħkom! Huwa jirringrazzjakom ilkoll talli ħadtu ħsiebu!”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida, inkomplu ngħidu lil Enzo jagħmel kuraġġ u nħeġġu lill-Maltin iżommuh fit-talb tagħhom.
Facebook / Carmen Gusman