Sephora, magħrufa online bħala Diego And Us, ittella’ filmat tassew ħelu ta’ bintha Giula Rose mimlija enerġija tiżfen u taqbeż ma’ diska tar-rapper famuż Eminem. Tgħidilna wkoll sabiex inżommuhom fit-talb tagħna għaliex min jaf x’ġej għalihom meta ssir żagħżua Giula Rose! Fil-filmat naraw ukoll lil missierha jiggustaha bi tbissima fuq fommu.
“Wara talba popolari qed nitfa’ dan il-filmat ta’ Giula Rose tieħu gost mal-mużika ta’ Eminem. Jekk jogħġobkom Ixgħelu xemgħa u għidu talba għalina sabiex ikollna s-saħħa u l-enerġija għaż-żgħożija tagħha!”
Prosit lil Sephora u Giula Rose flimkien mal-familja tagħha li dejjem ipoġġu t-tbissima fuq fomm l-udjenza tagħhom.