Wasal Il-Lejl Li Nrebbħu L-Koppja Favorita Tagħna Ta’ Love Island Malta

Wasal il-finali tat-tielet staġun ta’ Love Island Malta, fejn il-koppja favorita se tkun rebħet mhux biss l-imħabba iżda wkoll €20,000 biex tinqasam bejniethom.

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Love Island Malta kitbu, “L-iktar lejl importanti wasal. Rajtu r-relazzjoni tagħhom tinbet, u issa wasal iż-żmien li trebbħu l-koppja favorita tagħhom. Titilfux il-finali tat-tielet staġun ta’ Love Island Malta fuq TVM fid-disgħa nieqes kwart ta’ billejl.”

Bħalissa hemm ħames koppji fil-villa iżda ħafna jemmnu li l-ex islanders li daħlu fil-villa se jintalbu jivvutaw biex titlaq koppja waħda tal-għażla tagħhom mill-villa.

Fuq diversi gruppi ta’ Facebook l-iktar koppji li qed jissemmew huma Evie u Matthew, u Michela u Cruyff, għalhekk x’aktarx jekk it-tnejn jaslu sal-finali tal-lejla, waħda minn dawn il-koppji għandha ċans tajjeb li tkun ir-rebbieħa ta’ dan l-istaġun. Ir-riżultati jistgħu wkoll jinbidlu ta’ taħt fuq jekk l-episodju tal-lejla jkun jinvolvi xi konverżazzjoni li tbiddlilna fehmtna dwar xi koppja.





Illejla kollox f’idejna biex inrebbħu l-koppja favorita. Se ssegwu intom?

Facebook / Love Island Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI