“Wasalt Għal 32 Sena. Kburi” – Il-Preżentatur Luca Lorenzo Jagħlaq Sninu

Luca Lorenzo

Illum jagħlaq sninu Luca Lorenzo, preżentatur lokali li tista’ tgħid spikka minnufih fix-xena tax-xandir. Beda b’kontenut fuq il-midja soċjali, u llum il-ġurnata personalità maħbuba.

Għall-okkażjoni t’għeluq sninu qasam diversi ritratti fuq il-paġna tiegħu kif ukoll kiteb, “Wasalt għal 32 sena. Kburi.” Fost ir-ritratti hemm mumenti minn meta kien iżgħar, fejn minn dejjem kellu l-imħabba għax-xena tal-ispettaklu wkoll.

Juri anke memorji li jibqgħu imnaqxa fosthom meta jdoqq xi sett għan-nies li jattendu avvenimenti divertenti.

Awguri mill-qalb Luca! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI