L-ikbar inkwiet u dieqa li ġab miegħu il-virus tal-Covid-19 huwa ċertament l-imwiet. Minkejja li qed niġġieldulu, xorta waħda għad hawn familji li qed jitilfu lill-qrabat tagħhom.
Kull darba li tisma’ b’xi aħbar ta’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi, moħħok jibda jinkwieta minnufih għal qrabatek. Xi ħaġa li qed ngħaddu minnha kollha kemm aħna. Issa li qed jieħdu l-vaċċin l-anzjani ta’ 80/85 sena, hemm xi tip ta’ progress?
Skont kif ippubblika Gerald fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-grafika turi li bejn Jannar u Frar 2021, madwar 150 persuna salvaw wara li kienu tlaqqmu bil-vaċċin. Dan ma jurix li issa kollox sew, iżda jidher li huwa possibbli li l-pazjenti jsalvaw grazzi għall-vaċċin.
Kellu bżonn ma nibqgħux nisimgħu b’aktar imwiet – kull mewta hi weġgħa fil-qalb.