X’Ser Jiġri Fi Franza Rigward Il-Coronavirus Wara Li Nsistu Li Mhix Biżżejed Il-'Curfew'?

Il-każijiet tal-Coronavirus fi Franza iktar ma jgħaddi iktar qed jogħlew u minħabba f’hekk il-Gvern Franċiż kien ordna li jkun hemm ‘curfew’ fil-pajjiż fejn kulħadd irid ikun f’daru sas-sitta ta’ filgħaxija.

Minn li jidher dan ma kienx biżżejed u għalhekk il-gvern qed jikkunsidra li Franza għal darb’oħra tidħol għat-tielet lockdown. Ilbieraħ tlaqqa’ l-Kunsill għad-Difiża, fil-preżenza tal-President Franċiż Emanuel Macron fejn ġew diskussi l-miżuri tal-lockdown.

 Il-Gvern Franċiż għadu ma kkonferma xejn minn dan imma fil-jiem li ġejjin mistennija tittieħed deċiżjoni rigward x’deċiżjonijiet u x’miżuri ser jiddaħlu biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-Coronavirus.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI