“Xahar Sabiħ Li Qattajna Lkoll Flimkien!” – Romina Vella U L-Kor Tagħha Tat-Tfal Ferrħu Tant Nies Matul Il-Festi!

Romina Vella

Għaddew il-festi, iżda l-memorji jibqgħu hemm! Fost il-memorji hemm ċertament l-għadd ta’ kunċerti u avvenimenti fejn smajna lit-tfal ikantaw il-kanzunetti tal-Milied.

Il-kantanta lokali Romina Vella, flimkien mal-kor tagħha tat-tfal, qattgħu ix-xahar tal-festi tal-Milied iferrħu diversi nies bil-kant tagħhom. Taw diversi wirjiet, u Romina esprimiet kemm iġorr miegħu sodisfazzjon dan iż-żmien.

“Xahar sabiħ li qattajna lkoll flimkien!… U kellna wkoll mal-Grupp XTEND fl-istaġun sabiħ tal-Milied 2025!… Romina Vella and Children’s Choir qed terġa’ tilqa’ iktar tfal fil-kor minn 3 snin ‘il fuq għal aktar U aktar OPPORTUNITAJIET SBIEĦ. Issa kif għadda l-Milied inkomplu naħdmu għal li jmiss.”

Qasmet diversi ritratti memorabbli ta’ xi wirjiet li kellhom. Prosit kbira Romina u lil dawn it-tfal bravissimi kollha!







Ritratti:

Facebook/ Romina Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI